L-avversarji Napoli qed jirriskjaw li jitilfu plejer ieħor importanti fl-iskwadra mmexxija minn Maurizio Sarri.

Dan hekk kif l-attakkant Belġjan ta’ 30 sena qed jinteressa lil Atlético de Madrid, li lesti jonfqu madwar €30 miljun għalih. L-akkwist hu importanti għall-klabb Spanjol fid-dawl li hu inċert il-futur ta’ diversi plejers bħal Carrasco, Griezmann, Gameiro Vietto u Torres.

Minkejja dan, Aurelio De Laurentiis mistenni jagħmilha diffiċli li l-plejer, li għadu kif ġedded il-kuntratt, iħalli Napli.

Sors: AS

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280