Il-UEFA ħabbret b’mod uffiċjali li rrifjutat il-qbil volontarju (voluntary agreement) ma’ A.C. Milan skont kif previst mir-regolamenti tal-Financial Fair Play.
Dan ifisser li l-klabb ma rnexxilux jikkonvinċi lill-UEFA li kapaċi jilħaq l-obbligi tiegħu f’dak li għandu x’jaqsam mal-Financial Fair Play u għalhekk is-soċjetà qed tirriskja diversi riperkussjonijiet.
Fi stqarrija uffiċjali, l-ogħla organu li jirregola l-klabbs tal-futbol ħabbar li jeżistu dubji serji dwar kemm is-soċjetà tiflaħ tiffinanzja d-dejn sal-perjodu ta’ Ottubru 2018 kif ukoll dwar il-garanziji finanzjarji offruti mill-azzjonisti maġġuri.
Id-deċiżjoni ttieħdet wara li kienet analizzata d-dokumentazzjoni kollha ppreżentata mill-klabb, kif ukoll l-ispjegazzjonijiet fornuti lill-UEFA.
Is-soċjetà A.C. Milan b’hekk tibqa’ taħt moniteraġġ u s-sitwazzjoni se tiġi valutata mill-ġdid fil-bidu tas-sena d-dieħla. Id-diriġenti tal-klabb sadattant mistennija jiltaqgħu b’urġenza biex iħejju pjan ġdid li jrid ipoġġi bażi finanzjarja soda mill-iktar fis possibbli.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artilu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com