Il-midfielder ta’ Roma Radja Nainggolan kellu jissejjaħ għal laqgħa mad-diriġenti tal-klabb wara li fuq is-siti soċjali tella’ filmat live fejn jidher ipejjep, jidgħi u jikkummiedja waqt li fis-sakra.
Fil-filmati li tella’ onlajn, l-istess plejer jammetti li kien f’sakra kbira waqt li flimkien ma’ sħabu kien qed jistenna t-tokki ta’ nofsillejl u l-bidu tas-sena l-ġdida.
Malli bdiet il-kritika, minflok skuża ruħu Radja spiċċa jikkritika lil min “anke lejlet l-ewwel tas-sena moħħu biex jagħmel l-istejjer.” Awgura s-sena t-tajba lil kulħadd “ħlief lil dawk … għandkom bżonn ħajja.”
Mal-ġurnata mbagħad ġie msejjaħ għal laqgħa mad-diriġenti ta’ Roma li fi tmiemha talab skuża fuq il-midja soċjali u ammetta li esaġera. Il-klabb ma ħareġ l-ebda reazzjoni uffiċjali.
Sors: La Gazzetta dello Sport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com