Juventus qed isegwu l-progress tal-midfielder internazzjonali Taljan ta’ taħt il-21 sena u ta’ Cagliari, Nicolò Barella.
Juventus għandhom pjan li jnaqqsu l-età medja tat-tim u anke biex iżidu aktar plejers Taljani.
Fis-sajf li ġej ma’ Juventus se jirritornaw Leonardo Spinazzola, Mattia Caldara u Riccardo Orsolini. Barella jinsab marbut b’kuntratt sa Ġunju tal-2021 u Cagliari mhux lesti li jaċċettaw offerti inqas minn €30 miljun.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com