L-akkwist li l-Interisti tant ftaħru bih għax fi kliemhom serquh lil Juventus, issa hu uffiċjalment l-agħar plejer tas-Serie A.
Dan hekk kif Gabriel Barbosa, magħruf aħjar bħala Gabigol għalkemm il-gowls kważi qatt ma waslu, ħa l-unur tal-Bidone dell’Anno.
Gabigol kien ġie akkwistat għal €33.5 miljun fl-2016 iżda qatt ma beda mqar logħba waħda fis-Serie A u skurja biss gowl. Hu ġie misluf lil Benfica iżda anke hawn, tant mar ħażin li qed jissemma li jaf jintbagħat lura.
Sors: Calciobidone
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq marketing@juventusmalta.com