Ftit xhur biss wara li akkwistah għas-somma ta’ €3.7 miljun mingħand Galatasaray, Inter qed jikkunsidraw li jbigħu lil Felipe Melo.

Dan hekk kif il-Brażiljan, li għandu kuntratt ta’ €2.5 miljuni fis-sena sal-2017, m’għadux meqjus fil-qofol tal-proġett tal-klabb u d-Direttur Sportiv Ausilio diġà laħaq ftehim ma’ Ever Banega.

Sors: Tuttosport