Ikomplu l-problemi finanzjarji għal Inter hekk kif ir-riżultati finanzjarji tal-klabb juru li bejn Ġunju tal-2016 u tal-2017, il-patrimonju nett tal-klabb iggrava b’€29 miljun.

Dan ifisser li l-kapital tas-soċji tal-klabb mhux iservi biex ilaħħaq mat-telf li akkumula l-klabb, xi ħaġa li suppost Inter indirizzaw fuq ordni ta’ tribunal. Fil-fatt il-patrimonju nett konsolidat tal-klabb hu negattiv għal €83.41 miljun.

Fid-dawl ta’ dan kollu, il-ġurnalist Gianni Dragoni, ta’ Il Sole 24 Ore isaqsi kif Inter qed jitħallew jirreġistraw fil-kampjonat Taljan u mhux jiġu applikati r-regoli tal-Financial Fair Play. Jgħid li Inter għandhom jirringrazzjaw lil Carlo Tavecchio u Michele Uva li llaxkaw ir-regolamenti.

Sors: Il Sole 24 Ore

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280