L-attakkant ta’ Chelsea Álvaro Morata ntlemaħ f’Milan flimkien mal-aġent tiegħu Giuseppe Bozzo u d-Direttur Sportiv ta’ Juventus, Fabio Paratici.
Fl-aħħar jiem kien hemm diversi spekulazzjonijiet li l-internazzjonali Spanjol jista’ jingħaqad lura ma’ Juventus u dan ir-ritratt kabbar dawn l-ispekulazzjonijiet.
Morata kellu staġun daqsxejn diffiċli ma’ Chelsea hekk kif naqas milli jilħaq l-aspettattivi u r-ritorn ma’ Juventus jista’ jkun kruċjali fil-karriera tiegħu.
Apparti Juventus, hemm interess minn Milan għall-istess plejer.
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com