Wara r-rebħa kbira li kisbu fl-ewwel logħba tat-Tazza tad-Dinja 2018, Aleksandr Golovin li kien wieħed mill-protagonisti f’din il-partita, kien mistoqsi rigward l-interess ta’ Juventus. Huwa ammetta li jinsab kburi b’dan l-interess.
“Ninsab kburi u onorat bl-interess ta’ Juventus iżda bħalissa ninsab iffukat biss fuq l-impenji tat-tim nazzjonali. Il-plejer favorit tiegħi fit-tim ta’ Juventus? Paolo Dybala huwa l-aktar plejer li kapaċi jibdel il-partita u ma niddejjaq xejn li nilgħab fl-istess tim miegħu.”
Sors: Tuttosport
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com