Il-ġurnal awtorevoli Spanjol, Marca, kompla fuq l-istorja żvelata fl-aħħar jiem minn Tuttosport: Juventus iridu lil Cristiano Ronaldo.

B’faċċata kważi totalment iddedikata għal Cristiano Ronaldo, Marca tiddikjara li Juventus qed jaħdmu bis-serjetà għal CR7 b’offerta ta’ €120 miljun lil Real Madrid. Ċifra li allegatament tlaħħaq il-klawsola reċissorja mnaqqsa li mistenni jinnegozja Ronaldo.

Jingħad ukoll li l-plejer, li hu rrappurtat li jrid iħalli lil Real Madrid u Spanja, se jiġi offrut kuntratt ta’ erba’ snin.

Minkejja dan, mill-ġdid u kif sar minn Tuttosport, ikun innutat li t-trasferiment hu wieħed diffiċli. Madankollu ta’ min jinnota li Marca, ġurnal meqjus qrib Real Madrid, fil-passat ukoll kiteb stejjer dwar trasferimenti kbar li dehru ftit li xejn kredibbli, bħal Neymar ma’ PSG, iżda li eventwalment seħħew.

Sors: Marca

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280