Hekk kif il-klabb tiegħu għaddej minn kriżi finanzjarja kbira, Erick Thohir f’intervista ħares lejn Juventus bħala l-mudell li jrid isegwi.

“Il-grawnd għalina hu importanti biex inżidu d-dħul. Araw x’qed jagħmlu Juventus bil-biljetterija taħhom,” qal Thohir.

Hu enfasizza fuq il-bżonn li l-klabb tiegħu jasal għal ftehim biex il-proġett tal-grawnd ikun jista’ jseħħ mill-iktar fis possibbli.

Sors: TuttoJuve

Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.