Staġun 1996-97. Juventus, wara r-rebħ tal-kampjonat fl-istaġun 1994-95, kif ukoll ir-rebħ tat-Tazza taċ-Champions fl-istaġun ta’ wara, jaffrontaw l-istaġun 1996-97 b’rivoluzzjoni fl-attakk.
Baggio nbiegħ sentejn qabel, u wara l-finali mirbuħa f’Ruma kontra Ajax, Juventus sorprendentement ineħħu wkoll lill-koppja Vialli-Ravanelli.
Fis-suq tat-trasferimenti tas-sajf jingħaqdu mat-tim numru ta’ plejers ġodda fosthom Zinedine Zidane, Alen Boksic, id-difensuri Iuliano u Montero, kif ukoll l-attakanti żagħżugħ Christian ‘Bobo’ Vieri u Nicola Amoruso.
Lejn Marzu Juventus kienu għadhom fil-ġlieda għall-kampjonat kif ukoll għat-Tazza taċ-Champions. Għal-logħba kontra Roma, Marcello Lippi jagħżel li jagħti spazju lill-koppja ta’ attakkanti żgħażagħ li għandu fl-iskwadra.
Naraw kif kienu marru f’din il-logħba.
Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.





