Il-midfielder Olandiż Arjen Robben ma tħarriġx mal-iskwadra u jinsab dubjuż għal-logħba kontra Juventus. Minflok mistenni jilgħab il-Franċiż Franck Ribery.

Fil-midfield, Bayern mistennija jibdew b’Thomas Müller, Thiago Alcântara u Douglas Costa wara Robert Lewandowski bħala l-uniku attakkant.

Quddiem id-difiża, iffurmata minn Medhi Benatia, Joshua Kimmich, David Alaba u Philipp Lahm, mistenni jibda Arturo Vidal.

Sors: Sky Sport

Segwina wkoll fuq Facebook, fil-paġna uffiċjali tagħna, kif ukoll fuq Instagram u Twitter.