Internazionale F.C. ikomplu jikkumbattu mad-dejn tal-klabb, hekk kif dan issa jlaħħaq it-€814.7 miljun.

Dan joħroġ mill-bilanċ ippubblikat mill-klabb stess, li juri kif id-dejn sat-30 ta’ Ġunju 2018 tela’ b’€178 miljun fuq dak tas-sena li għaddiet, li kien €636.5 miljun.

Iż-żieda fid-dejn tal-klabb primarjament hu tort ta’ self obbligatorju f’forma ta’ bonds ippubblikati mill-klabb, għall-valur ta’ kważi €300 miljun. Dawn il-flus jidher li ntefqu primarjament biex jitnaqqsu d-djun mal-banek, liema djun kienu akkumulaw fi żmien Thohir.

Kiber ukoll id-dejn mas-sidien tal-klabb, il-familja Suning, li tela’ minn €221 miljun is-sena li għaddiet għal €229.5 miljun.

Sors: Banca e Finanza

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280