Il-UEFA qed tkun akkużata li għenet biex jinħbew każi ta’ frodi tal-Financial Fair Play mill-PSG u Manchester City.

Dan joħroġ minn sensiela ta’ dokumenti ppubblikati mill-European Investigative Collaborations, l-EIC, li jwasslu għal allegazzjonijiet serji li l-UEFA għalqet għajnejha għal ksur massiċċ tar-regoli tal-FFP f’forma ta’ ftehimiet ma’ sponsors li kienu esaġerati.

Fost dawn, il-ftehim ta’ PSG li ngħataw sponsor mill-Awtorità tat-Turiżmu tal-Qatar għal valur ta’ bejn is-€700 miljun u l-€1.125 biljun fuq perjodu ta’ ħames snin, skont il-kuntratt. Iżda l-investigazzjoni tal-UEFA sabet li l-kuntratt ta’ €200 miljun fis-sena, fil-verità kellu valur ta’ bejn €3 miljun u €5 miljun … bejn 40 u 60 darba inqas.

Fil-każ ta’ Manchester City, instab li l-valur tal-isponsors kif reġistrat mal-UEFA kien tliet darbiet iktar mill-valur fis-suq. Madankollu, jingħad li dak li llum hu l-President tal-FIFA, Gianni Infantino, daħal direttament biex jintervjeni u jintlaħqu ftehimiet sigrieta.

Fi stqarrija, l-EIC ddikjarat li “l-UEFA laħqet ftehimiet sigrieta maż-żewġ klabbs li wasslu biex dawn kisru r-regoli tal-FFP b’mijiet ta’ miljuni ta’ ewro.”

L-allegazzjonijiet ikomplu li kemm Michel Platini kif ukoll il-President attwali Gianni Infantino “personalment intervjenew biex jintlaħqu dawn il-ftehimiet, biex ma jiġux esklużi mill-kompetizzjonijiet Ewropej. Għall-kuntrarju, il-Club Financial Control Body intervjeniet b’mod agressiv fuq klabbs ifqar bħal dawk Torok u Rumeni.”

Kien il-ġurnal Der Spiegel li ppubblika madwar 70 miljun dokument għal daqs ta’ madwar 3.4 terabytes ta’ informazzjoni fl-ikbar żvelar ta’ informazzjoni s’issa.

Sors: EIC

Il-klabb qed joffri numru limitat ta’ postijiet għal tours organizzati bi sħab bejn il-klabb u Britannia Tours, għal-logħob kontra Cagliari, Manchester United, Spal u Valencia. Dawk interessati mitluba jċemplu lil Britannia fuq 21245418 jew 21238039 inkella jagħmlu kuntatt b’email fuq sales@bsl.com.mt

Tixtieq issir membru tal-klabb? Is-sħubija tibqa’ valida għal sena u tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru. Tista’ ssir ukoll personalment fil-klabb.

Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280