Wara s-saga li għaddejja bħalissa bejn Alvaro Morata, Real Madrid u Juventus, ilbieraħ reġa’ ssemma li ma’ Juventus jista’ jingħaqad l-Urugwajan ta’ PSG u eks-Napoli Edinson Cavani.
Fernando Cavani, ħu Edinson Cavani qal hekk: “Ħija ma’ Juventus? Iva jista’ jkun. Ikun pass ‘il quddiem li ħija jerga’ jirritorna fis-Serie A. Juventus mhux klabb tal-passat biss iżda għandu preżent kbir. Juventus jaf tkun esperjenza kbira għal Edinson, fil-futbol jista’ jiġri minn kollox. Se nibdew niddiskutu l-futur f’Ġunju li ġej.”
Edinson Cavani ilu ħafna jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Juventus. Se jkun Sajf mimli spekulazzjonijiet jew se jkun hemm ir-realtà?
Sors: Tuttosport/Gianluca di Marzio





