F’intervista li kellu mal-ġurnalist famuż Taljan Gianluca di Marzio mal-attakkant Álvaro Morata, ġew żvelati xi affarijiet dwar l-Ispanjol u l-futur tiegħu.

“Juventus? Ninsab tajjeb ferm. Anzi kuntent ħafna però għadni ma nafx x’se jkun il-futur tiegħi. Ninsab għal qalbi imma kollox jiddependi minn dak li hemm miktub fil-kuntratt bejn Real Madrid u Juventus.”

Mistoqsi dwar Real Madrid, Morata qal: “Nirrispetta kull deċiżjoni, Spanja huwa pajjiżi u jkun unur li nerġa’ nirritorna. Però hawn ninsab kuntent u bħalissa Juventus hija d-dar tiegħi.”

Tkellem ukoll dwar ir-rapport tajjeb bejnu u l-leġġenda ta’ Real Madrid, Emilio Butragueño, tant li jikkuntattjaw lil xulxin wara kull logħba tajba jew gowl li jiskurja.

Sors: Gianluca di Marzio