Juventus ikomplu jkunu fost l-iktar attivi fis-suq tat-trasferimenti hekk kif issa l-klabb laħaq ftehim ma’ Olympique Lyonnais ta’ Franza għal żagħżugħ Franċiż li fil-passat lagħab mal-iskwadra nazzjonali ta’ taħt is-17 u ta’ taħt it-18-il sena ta’ Franza.
Filfatt kien il-klabb Franċiż li ħabbar li l-midfielder avvanzat ta’ 20 sena Hamza Rafia se jingħaqad mal-klabb ta’ Turin għal €400,000 u massimu ta’ €5 miljun oħra f’bonuses. Apparti minn hekk Juventus intrabtu li jroddu lil Lyon 20% mill-profitt (ikkalkulat fuq iċ-ċifra bażika tat-trasferiment ta’ €400,000) ladarba Juventus ibiegħu lill-plejer.
S’issa Juventus ma ħabbrux dan it-trasferiment u għadu mhux magħruf jekk Rafia, li għandu wkoll passaport Tuneżin, hux se jinżamm mal-Primavera inkella hux se jintbagħat mal-iskwadra U23.
Sors: Olympique Lyonnaise
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com