Juventus għamlu użu minn regoli ġodda fl-Italja, id-Digriet dwar it-Tkabbir li issa sar ukoll liġi, li bis-saħħa tagħhom impjegati li jkunu ġejjin minn barra l-pajjiż jiġu ntaxxati biss fuq 50% tal-bażi tat-taxxa.
Dan ifisser li l-ispiża fuq il-paga ta’ De Ligt, għal Juventus, se tkun inqas minn dik ta’ plejers oħra bħal fil-każ ta’ Cristiano Ronaldo.
Din il-liġi tapplika sakemm l-impjegati msemmija qabel jintrabtu li jgħixu fl-Italja għal mill-inqas sentejn. Dan jidher li se jkun il-każ hekk kif il-klawżola reċissorja ta’ €150 miljun tidħol fis-seħħ biss wara sentejn.
Jekk Juventus ibiegħuh wara sentejn għal somma li tlaħħaq il-klawżola reċissorja, il-klabb ikun għamel plusvalenza ta’ €105 miljun.
Sors: Tuttosport
Għandek bżonn biljetti biex titla’ tara lil Juventus? Bookings isiru fil-klabb, fil-ħinijiet tal-ftuħ, jew inkella tista’ tibgħat email fuq tickets@juventusmalta.com biex tikseb iktar informazzjoni. Biljetti jinbiegħu biss lill-membri, bis-sħubija tiswa’ €25, tibqa’ valida għal sena u saħansitra tista’ ssir onlajn billi tagħfas hawn: Issieħeb membru.
Tixtieq li r-riklam tiegħek jidher fuq kull artiklu ta’ dan is-sit, kif ukoll fuq il-pjattaformi kollha tal-klabb? Tista’ tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor jew titlob iżjed informazzjoni billi tagħmel kuntatt magħna fuq marketing@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq info@juventusmalta.com