Khalid El Bakraoui, it-terrorist li sploda lilu nnifsu fl-istazzjon tal-metro ta’ Malbeek fi Brussell, kien jgħid li hu l-eksplejer ta’ Inter Ibrahim Maaroufi.

Dan il-plejer Marokkin illum għandu 27 sena u bejn l-2006 u l-2009 lagħab sitt logħbiet ma’ Inter. Fl-Italja kellu wkoll esperjenzi ma’ Vicenza u Paganese.

Jirriżulta li t-terrorist inqeda b’isem l-eksplejer ta’ Inter biex kera appartament li wara sar il-bażi tat-terroristi li ppjanaw l-istraġi f’Pariġi.

Sors: Sky News