Qed jingħad li l-midfielder Arġentin Roberto Pereyra jista’ jħalli lil Juventus fis-sajf wara li mhux qed jingħata wisq spazju ma’ Juventus.

Jekk Pereyra jinbiegħ lil klabb ieħor, dan iseħħ biss għal somma ta’ mhux inqas minn €20 miljun.

Jidher li s-sitwazzjoni ta’ Maxi Pereyra hi kkumplikata hekk kif hu sofra ħafna ‘injuries’ matul l-aħħar żewġ staġuni.

Sorsi: TuttoJuve/Tuttosport