“Onorat li ninsab ma’ Roma, u ma tarawni qatt bil-flokk ta’ Juventus.”
Kliem il-midfielder Belġjan ta’ 27 sena Radja Nainggolan li f’intervista li ta qal li kieku kien għalih jibqa’ fit-tul ma’ Roma, imma jekk jiġi biex jitlaq ma jikkunsidrax lil Juventus.
Tkellem ukoll dwar l-injury ta’ Kevin Strootman, li rritorna wara injury li żammitu barra għal 390 ġurnata, u qal li hu “fortunat bl-isfortuna ta’ Strootman” għaliex suppost kellu jmur ma’ Roma għal ftit xhur imma għadu mal-klabb sa minn Jannar 2014.
Sors: AS Roma Match Program