Wara t-telfa fil-finali tat-Tim Cup kontra Inter, it-tim ta’ Fabio Grosso rritorna fl-azzjoni fil-kampjonat domestiku u b’rebħa komda ta’ 1-3 kontra r-rivali Fiorentina, Juventus resqu viċin biex jaqtgħu l-passaġġ għall-Final Eight tal-istess kampjonat illi ħa jsiru bejn l-aħħar ta’ Mejju u l-bidu ta’ Ġunju.

Il-bianconeri bdew mill-ewwel fuq l-offensiva u għal ftit ma fetħux l-iskor wara tmien minuti permezz ta’ Favilli, iżda dan tal-aħħar ma rnexxilux jikkonkludi. Però dan kien anteprima għal li kien ġej, għaliex ftit wara l-istess attakkant fetaħ l-iskor, meta approfitta minn indeċiżjoni f’nofs il-grawnd ta’ Fiorentina u minn taħt il-gowler, ma żbaljax għal 0-1. Skor li Juventus għarfu jamministraw sa tmiem l-ewwel taqsima.

Fit-tieni taqsima, Fiorentina dehru tim aħjar u bdew jippressaw sabiex iġibu l-gowl tad-dro; gowl illi wasal wara kwarta logħob permezz ta’ Mlakar li minn rebound ma żbaljax u għamilhom 1-1. Ma kinux laħqu għaddew żewġ minuti, li Juventus ma reġgħux marru fil-vantaġġ permezz tal-midfielder Didiba, li minn freekick, tefa’ ġewwa bir-ras. It-tim ta’ Juventus baqa’ jiddomina l-partita u lejn l-aħħar minuti ssiġilla r-rebħa bit-tielet gowl li wasal mingħand Favilli, biex dan tal-aħħar skurja t-tieni gowl personali f’din il-partita.