Fit-tieni partita konsekuttiva ġewwa r-reġjun ta’ Toskana, it-tim tal-Primavera mmexxi minn Fabio Grosso safa megħlub 2-1 mit-tim ta’ Livorno, li qabel din il-partita kien fl-aħħar post flimkien ma’ Trapani. Madankollu, din it-telfa ma affettwatx il-kampjonat ta’ Juventus, li huma diġà ċerti minn post fil-Final Eight tal-istess kampjonat.
Livorno ħarġu aħjar f’din il-partita u fetħu l-iskor wara 11-il minuta permezz ta’ Gemmi. Juventus ma nħasdux b’dan il-gowl u baqgħu fil-partita, tant li fil-31 minuta, is-solitu Kastanos ġab id-draw mill-11-il metru. Iżda ftit minuti wara, Livorno reġgħu marru minn fuq permezz ta’ Gemmi u kien hawnhekk li t-tim ta’ Grosso nħasad.
Wara l-intervall, Juventus għafsu ħafna sabiex jiksbu l-gowl tad-draw u anke forsi l-gowl tar-rebħa, iżda x-xorti ma kinetx magħhom tant li Livorno għal ftit m’għamluhomx tlieta lejn l-aħħar minuti tal-konfront.





