Il-Prokura ta’ Ruma, rappreżentata mill-PM Stefano Rocco Fava, talbet sentenza ta’ tliet snin u nofs ħabs għall-kowċ ta’ Inter, Roberto Mancini.
Dan dwar każ ta’ falliment frawdolenti b’rabta mal-kumpanija Img Costruzioni, fejn intalbet ukoll sentenza ta’ tliet snin u sitt xhur fil-konfront tal-avukat Stefano Gaiardi.
Flimkien mal-imprenditur Marco Mezzaroma, hu kien akkużat li aġixxa b’mod irregolari f’dan il-każ billi nġibdu l-flus mill-kontijiet bankarji fi tranżazzjonijiet foloz.
mancini nħeles mill-akkuża minħabba nuqqas ta’ provi, waqt li l-avukat Gaiardi ġie kkundannat. Il-każ fil-konfront ta’ Mezzaroma jkompli.
Sors: Tuttosport





