Skont il-ġurnalist ta’ Sky, Gianluca di Marzio, Marotta għadu kemm tkellem dwar xnigħat li jirrigwardaw il-Calciomercato li qegħdin jinxterdu fl-aħħar sigħat.
Marotta ġie kkwotat jgħid: “La Liga tirrapreżenta l-futbol Ewropew bl-aħjar mod, futbol li jidher fqir imma fil-verità għandu ħafna timijiet kompetenti. Hemm plejers ta’ livell li fil-futbol Taljan għadhom jistgħu jagħmlu differenza. Il-grupp ta’ plejers tagħna huwa wieħed li mhux faċli ttejjeb u aħna rridu nkunu dejjem iktar kompetittivi.”
“Dani Alves? Mhuwiex plejer tagħna imma huwa plejer importanti,” kompla Marotta. “Naraw x’jista’ jsir filwaqt li nfakkru li Juventus diġà huwa tim li jista’ jikkompeti fuq il-fronti kollha. Mascherano? Sitwazzjonijiet tal-media imma ma rridu nneħħu l-ebda element mid-difiża minbarra Cáceres li huwa free agent.”
Marotta tkellem imbagħad iktar fid-dettall fuq Mascherano u Alves: “Għalissa m’hemm xejn. La se niċħad u lanqas nikkonferma. Minn hawn u ftit ieħor se nħabbru b’mod uffiċjali l-estensjoni tal-kuntratt t’Evra, plejer li iktar ma jgħaddi ż-żmien iktar isir importanti anki fejn tidħol l-atmosfera fid-dressing room. Pjanić u Gomes? L-istess bħal m’għidt dwar Mascherano u Alves. Pellé? L-attakk huwa wieħed ta’ garanzija għall-futur. L-uniku dubju hu dwar Morata. F’dak il-każ biss se nikkunsidraw investimenti ġodda. Berardi? Plejer ta’ talent kbir. Mas-Sassuolo għandna ftehim verbali, għandna dritt tal-ewwel għażla u naħseb illi se nagħmlu din l-għażla. Morata? Talent li qed isir champion, kellu titjib importanti. Min-naħa tagħna se nagħmlu minn kollox biex jibqa’ f’Turin. Id-diritto di ricompra qisha x-xabla ta’ Demokle. Se niltaqgħu ma’ Real Madrid wara l-finali taċ-Champions League”
Ħalli Kumment