Bl-attenzjoni prinċipali tal-ġurnali tkun fuq in-nazzjonal Taljan, jispikka l-kumment ta’ Allegri dwar il-futur ta’ Pogba u Morata.
Tuttosport: Bit-titlu “Pogba il Curry del calcio”, il-ġurnal minn Turin jippreżenta artiklu fl-ewwel faċċata li tgħid li Pogba huwa fost l-iktar plejers imfittxija mill-isponsors. Tikkwota wkoll lil Allegri jgħid li Pogba se jibqa’ ma’ Juventus u li jispera li Morata jagħmel l-istess. Tuttosport b’titlu iżgħar fil-faċċata ta’ quddiem tgħid li l-Bianconeri qed jagħmlu pressing fuq Gomes u Mascherano.
La Gazzetta dello Sport: Bil-prominenza tmur għan-nazzjonal, il-gazzetta r-roża tgħid li l-ħlas għat-trasferiment ta’ Pjanic minn ma’ Roma għal ma’ Juventus jista’ jiġi mħallas f’rati separati. Tikkwota wkoll lil Allegri jgħid illi jixtieq iżomm kemm lil Pogba u kemm lil Morata biex jirbaħ iċ-Champions League. Dani Alves, skont dan il-ġurnal, jista’ jitħabbar fi żmien ħamest ijiem.
Il Corriere dello Sport: Skont dan il-ġurnal, is-sigħat u l-jiem li ġejjin huma deċiżivi għan-negozjati bejn Real Madrid u Juventus sabiex jiġi deċiż il-futur ta’ Morata.
Ħalli Kumment