Hekk kif illejla Napoli lagħbu logħba ta’ ħbiberija kontra Trento, kien hemm madwar 4,000 partitarju ta’ Napoli u kif maħsub kien hemm kontestazzjoni kontra s-soċjetà.

Madankollu, ma kienx preżenti l-President Aurelio De Laurentiis, li skont rapporti f’midja ta’ Napli baqa’ fil-lukanda jsegwi l-logħba.

Dan wara li rapporti li Gonzalo Higuaín se jingħaqad ma’ Juventus wasslu għal rabja qalila, u kien hemm ukoll partitarji li kantaw innijiet kontra l-istess President.

Fil-grawnd dehret il-kitba ‘Higuaín infame’ waqt li kien hemm tisfir mal-wasla ta’ Edo De Laurentiis, iben il-President tal-klabb.

Sors: TuttoNapoli

dical-banner-1200×280