L-attakkant ta’ Inter Stevan Jovetić stqarr li minkejja l-akkwisti li saru s’issa minn Juventus, hu mhux jibża’ mill-bianconeri.
“Bla dubju qed jagħmlu akkwisti tajbin, akkwistaw plejers ta’ kwalità. Madankollu, mhux beżgħan minnhom. Jekk aħna nagħmlu rtokki tajbin, nistgħu nagħtu logħba lil kulħadd,” qal Stevan Jovetić.
Sors: SportMediaset