Diżavventura, fost rabja minn folla nies, hekk kif ilbieraħ Napoli lagħbu kontra Nice fis-San Paolo, bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tad-90 anniversarju tal-klabb.
Kollox beda meta l-klabb biegħ biss 10,000 biljett mill-kapaċità ta’ iżjed minn 60,000 li għandu dan l-istadium. Kien għalhekk li lbieraħ stess, Napoli ħabbru li se jqassmu l-biljetti b’xejn.
Malli ħareġ dan il-komunikat, mijiet ta’ persuni marru għal-logħba jippretendu li kienu se jidħlu. Madankollu, skoprew li l-klabb, mingħajr ma indika dan minn qabel, kien fetaħ biss parti mill-grawnd b’xejn, u mhux is-San Paolo kollu.
Dan wassal biex ħafna baqgħu barra, bl-impjegati li kienu qed jiċċekkjaw il-biljetti jkollhom jitfgħu t-tort fuq id-diriġenza, għaliex ma kinux jafu x’se jaqbdu jagħmlu.
Sors: ITASportPress






