Chelsea ddikjaraw gwerra kontra l-bejjiegħa ta’ affarijiet foloz li jinbiegħu minn stands mhux awtorizzati barra Stamford Bridge.

Jirriżulta li riċentament Chelsea Football Club kisbu l-jedd fuq il-kelma ‘Chelsea’, u għalhekk din ma tista’ tintuża bl-ebda mod fuq merchandise sakemm ma jkunx hemm il-permess tas-soċjetà.

Fil-fatt il-bejjiegħa ngħataw żmien ta’ tliet logħbiet f’darhom biex ibigħu l-affarijiet li fadlilhom. Wara dan il-perjodu, hemm multi kbar għal min jippersisti bil-bejgħ mhux awtorizzat.

Sors: Daily Mail

dical-banner-1200×280