L-eks President ta’ Inter, Massimo Moratti, żvela li qabel ġie akkwistat minn Juventus, kien xtaq lil Zinedine Zidane.

“Għall-bidu tal-avventura ma’ Inter kont xtaqt lil Cantona, imbagħad lil Zidane. Imma konsulent tagħna kien qalilna li mhux xi plejer grankè,” qal Moratti.

Żvela wkoll li meta Roma kienu għaddejjin minn problemi finanzjarji, kien talab ukoll lil Totti, iżda Sensi kien ċar: “Ma nitkellmux dwar Totti. Jekk trid nitkellmu fuq plejers oħra.”

Sors: Il Corriere dello Sport

dical-banner-1200×280