L-attakkant żagħżugħ u promettenti ta’ Santos u t-tim nazzjonali tal-Brażil, Gabigol, jinsab qrib li jissieħeb mal-Inter.

Dan wara li matul il-lejl kien hemm taħdidiet fit-tul bejn iż-żewġ klabbs bl-għan li jintlaħaq qbil dwar dan it-trasferiment. Madankollu l-firma tal-kuntratt jaf ikollha ssir fil-Brażil, għaliex il-plejer irid jingħaqad man-nazzjonal.

Juventus ma jidhrux lesti li jilħqu t-talba għolja li qed jitolbu għalih Santos. Hu maħsub li Inter se jħallsu madwar €25 miljun.

Sors: La Gazzetta dello Sport

dical-banner-1200×280