Staġun 1978-79: Jibda l-kampjonat tas-Serie A. Waqt is-sajf tal-1978 numru konsiderevoli ta’ plejers Juventini (9) kienu ġew magħżula mill-kowċ Nazzjonali Taljan, Bearzot, biex ikunu s-sinsla tat-tim Taljan li kien ħa sehem fit-Tazza tad-Dinja li kienet saret fl-Arġentina.
Ċertament l-isforz żejjed mill-plejers Juventini waqt is-sajf kellu jħalli effett xejn pożittiv fuq l-istaġun li kellu jibda, tant hu hekk, li Juventus rari kienu mal-isfidanti ewlenin għar-rebħ tal-Iscudetto anki jekk l-iskwadra Juventina kienet waħda mill-aħjar li kien hemm fis-Serie A.
Fit-tieni ġurnata tas-Serie A, Juventus kienu sejrin jilqgħu ġewwa l-Comunale lit-tim ta’ Verona.
Insegwu l-andament ta’ din il-logħba li ntlagħbet bħal-lum tmienja u tletin sena ilu, mill-filmati tar-Rai.
Filmat: Juventus – Archivio Storico by Gobbo Maltese
Ħalli Kumment