Wara l-argument bejn il-midfielder Taljan Marco Verratti u l-kowċ Unai Emery, wara sostituzzjoni fil-logħba kontra Marseille, issa ż-żagħżugħ daħal f’kontroversja oħra.
Dan wara li Verratti deher f’ritratt waqt li kien f’ristorant, ipejjep. Ir-ritratt ittella’ fuq Snapchat mit-tfajla ta’ sieħbu Marquinhos, Carol Cabrino.
Cabrino neħħiet ir-ritratt immedjatament, imma xi ħadd kien laħaq xerrdu fuq l-internet, bil-plejer issa jirriskja sanzjoni mill-klabb ta’ Pariġi.
Sors: Alfredo Pedulla






