It-telfa kontra Juventus tkompli żżid in-nervożiżmu fost l-iskwadra ta’ Napoli, bil-kowċ Maurizio Sarri jinfexx kontra Lorenzo Insigne fi tmiem il-logħba.
Mistoqsi dwar l-atteġġjament ta’ Insigne malli nbidel, Sarri wieġeb hekk: “Meta joħroġ mil-logħba, hemm bżonn li jagħlaqlu u daqshekk. Jekk hemm xi ħaġa x’niċċaraw, se nagħmlu dan fil-jiem li ġejjin.”
Kompla li għamel din is-sostitutzzjoni għaliex ma rax lill-plejer tajjeb fuq livell fiżiku.
Sors: Il Corriere dello Sport






