Inter ħabbru li Stefano Pioli, eks plejer ta’ Juventus, hu l-kowċ ġdid tal-klabb.
Pioli ffirma kuntratt sa Ġunju 2018 b’paga ta’ €1.4 miljun fis-sena, li titla’ għal €2 miljun jekk ikun ikkonfermat għat-tieni sena.
Il-kuntratt jinkludi wkoll l-għażla li jiġi tterminat f’Ġunju li ġej, kif kien hemm ukoll fil-kuntratt tal-predeċessur tiegħu Frank De Boer.
Sors: La Gazzetta dello Sport