L-aġent tal-goalkeeper Gianluigi Donnarumma, il-famuż Mino Raiola, ma kellux risposta ċara dwar il-futur tal-goalkeeper żagħżugħ, meqjus bħala wieħed mill-aqwa goalkeepers Taljani fil-preżent.

“Qabel jiġġedded il-kuntratt, l-ewwel irridu naraw x’se jiġri minn A.C. Milan,” qal Mino Raiola.

Bħalissa jingħad li Milan jinsabu ħerqana jistennew lill-goalkeeper jagħlaq 18-il sena biex jiffirma kuntratt, fost biża’ ta’ interess minn Juventus, li xeħtu għajnejhom fuq Donnarumma bħala suċċessur ta’ Buffon.

Sors: TuttoMercatoWeb

dical-banner-1200×280