Il-goalkeeper ta’ Lyon, Anthony Lopes aktarx jitlef il-logħba taċ-Champions League kontra Seville wara li ndarab fil-logħba kontra Metz.

Dan wara li partitarji ta’ Metz waddbu bombi lejn il-goalkeeper ta’ Lyon, bil-konsegwenza li Lopes inxteħet mal-art.

Hekk kif kien qed jingħata l-kura, intlaqat minn numru ta’ oġġetti oħra, fosthom fliexken tal-ilma, qabel splodiet bomba oħra li laqtitu mill-ġdid. Intlaqat ukoll it-tabib tal-klabb.

Il-Pulizija ordnaw li l-logħba tiġi abbandunata minħabba kwistjoni ta’ sigurtà.

 

Sors: The Guardian

dical-banner-1200×280