L-istatistika ma tigdibx. U dik attwali dwar Inter turi li qatt fl-aħħar seklu ma rajna Inter b’ċifri diżastrużi daqs dawk miksuba mill-iskwadra attwali.

L-ewwel taħt Mancini, u warajh komplew De Boer u issa Pioli, Inter kisbu xejn inqas minn 10 telfiet f’20 logħba bejn Europa League u kampjonat.

Dan ifisser li Inter għaddejjin minn l-agħar perjodu fi kważi seklu. Fl-2011/12 Inter irreġistraw 6 telfiet fi 15-il logħba, f’kampjonat li matulu kkowċjaw Gasperini, Ranieri u Stramaccioni.

Kien biss fl-1921/22 li Inter marru agħar, bi 13-il telfa f’20 logħba. Ironikament, fi tmiem dak l-istaġun l-iskwadra suppost ġiet relegata, imma bdil fir-regoli salvaw lill-klabb.

Sors: Corriere dello Sport

dical-banner-1200×280