Wara li offrew €30 miljun biex ħadu lill-attakkant Brażiljan lil Juventus, issa Inter se jkunu sfurzati jibagħtuh b’self wara li ma qabadx tarf.
Mindu ngħaqad mal-klabb, Gabigol lagħab biss 16-il minuta, fejn ta xutt wieħed biss u tilef ballun minn 13 li mess. Dan ifisser li s’issa l-plejer sewa’ kważi €2 miljun għal kull minuta li lagħab.
Eurosport qed jirrappurtaw li l-plejer se jintbagħat b’self ma’ klabb ieħor fl-Italja, f’Jannar li ġej.
Sors: Eurosport






