Ilbieraħ Inter għalqu l-impenji tagħhom fl-Ewropa, meta għelbu inutilment lil Sparta Praga biex temmew din il-fażi fl-aħħar post tal-grupp tagħhom.

Dan ifisser li Inter, minn 6 logħbiet, kisbu biss 2 rebħiet u 4 telfiet. Qatt daqs din is-sena l-iskwadra ta’ Inter ma kisbet daqshekk ftit punti sa minn meta bdew il-gruppi f’turnej kontinentali.

Intant, ilbieraħ spikka n-nuqqas tal-partitarji Interisti mill-Curva Nord, bi protesta. Minflok, deher strixxun bil-kliem: “4 telfiet minn 5 logħbiet. Jistħoqqilkom dan għall-impenn bla dekor tagħkom. Istħu.”

Sors: La Gazzetta dello Sport

dical-banner-1200×280