Wara li wasal l-Italja b’aspettattivi kbar, wara sfida fis-suq tat-trasferimenti għall-akkwist tiegħu, Gabigol s’issa ma’ Inter ma qabadx art.
Issa l-aġent tiegħu apertament wera d-diżappunt tal-plejer. “Li kieku Inter huma fil-quċċata nifhem li ma jilgħabx, imma l-klabb jinsab f’nofs il-klassifika u xorta mhux qed jingħata ċans jilgħab. Nifhem li għadu żgir u fadallu ħafna x’jitgħallem imma ma nistax nifhem għala mhux jingħata ċans.”
Fl-aħħar logħba Gabigol daħal wara d-90 minuta, l-aħħar li lagħab kien għal madwar tliet minuti fejn qala’ safra minkejja li bilkemm mess il-ballun.
Sors: La Gazzetta dello Sport






