Ġurnali fl-Italja qed jirrappurtaw li l-attakkant Spanjol Álvaro Morata ftit li xejn jinsab kuntent fi Spanja, u qed jikkunsidra li jitlob lil Juventus biex jingħaqdu flimkien mill-ġdid.
Juventus żgur mhux se jsibu oġġezzjoni jekk dan hu l-każ, hekk kif hu fatt magħruf li d-diriġenti tal-klabb ta’ Turin kienu kuntenti immens bil-prestazzjonijiet tal-attakkant.
Għall-kuntrarju, Morata qed ikollu numru limitat ta’ logħob taħt it-tmexxija ta’ Zinedine Zidane u ftit li xejn skurja, b’9 gowls f’21 logħba.
Sors: Il Corriere dello Sport
Ħalli Kumment