In-Naplitani jemmnu li Cristiano Ronaldo, wieħed mill-aqwa plejers li qatt rajna fil-futbol, ma jmurx tajjeb ma’ Napoli daqs Dries Mertens.

Dan joħroġ minn mistoqsija li tpoġġiet minn Mediaset Premium, fejn 49% tal-votanti, fil-maġġoranza assoluta Naplitani, qalu dan. Il-mistoqsija tneħħiet mis-sit wara ftit ħin.

Mertens, li bħal Ronaldo hu attakkant, skurja 16-il gowl fi 22 logħba. Dan hu l-istess ammont ta’ gowls daqs kemm skurja Gonzalo Higuaín ma’ Juventus.

Sors: Mediaset Premium

dical-banner-1200×280