L-aġent u espert tas-suq tat-trasferimenti fl-Amerika t’Isfel, Sabatino Durante, tkellem dwar il-falliment ta’ Gabigol ma’ Inter u qal li kien ikun aħjar li kieku ngħaqad ma’ Juventus.

“Fi tliet snin ma’ Juventus kien jirbaħ il-Ballun tad-Deheb. Hu plejer ta’ kwalità inkredibbli, wieħed minn dawk li nqishom bħala fuoriclasse,” stqarr Durante.

Qal li għalkemm Inter riduh akkost ta’ kollox, l-għażla mhix taħdem “għax ma sabx l-ambjent ġust għalih. Ma’ Inter m’hemmx kuntest soċjetarju fejn iż-żgħażagħ jiġu valorizzati, kif ġara ma’ Bonucci u Coutinho.”

Sors: Calciomercato24

dical-banner-1200×280