Wara li attakka ġurnalist mal-wasla tiegħu f’Madrid, issa l-leġġenda ta’ Napoli Diego Armando Maradona jinsab interrogat wara li attakka lit-tfajla tiegħu.
Fid-dawl ta’ dan, il-preżenza tiegħu għal-logħba bejn Real Madrid u Napoli tinsab f’riskju.
Il-każ seħħ dalgħodu, meta l-Pulizija ssejħu fil-lukanda fejn qed joqgħod Maradona u l-iskwadra ta’ Napoli. Dan wara li t-tfajla tiegħu talbet għall-għajnuna wara li allegatament sfat aggredita.
Mal-wasla tal-pulizija, it-tfajla qalet li kien hemm biss argument bejniethom.
Sors: ABC
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






