Matul is-sajf li għadda Juventus nefqu €32 miljun għal Miralem Pjanić u €90 miljun (€45 minnhom għad irid jitħallsu) għal Gonzalo Higuaín biex skattaw il-klawżoli reċissorji tagħhom.
Dan hekk kif diversi siti awtorevoli madwar id-dinja qed jindikaw li Juventus huma interessati fl-attakkant ta’ 22 sena Iñaki Williams.
Għall-plejer hemm interess qawwi minn numru ta’ klabbs, iżda Juventus jistgħu jagħżlu li jonfqu €50 miljun biex jieħdu l-plejer awtomatikament grazzi għall-klawżola reċissorja.
Attwalment Williams jilgħab ma’ Atletico Bilbao b’kuntratt sa Ġunju 2021.
Sors: Tuttosport
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com






