L-eks kowċ ta’ Juventus li preżentement jinsab kowċ tal-leaders tal-kampjonat Ingliż Chelsea, Antonio Conte jidher li jinsab interessat li fl-istaġun li ġej jieħu lil Marchisio jilgħab fit-tim tiegħu ta’ Chelsea.

Jidher imminenti li Chelsea se jkunu qed jieħdu sehem fil-Uefa Champions League fl-istaġun li ġej, b’hekk Antonio Conte tefa’ lill-internazzjonali Taljan bħala wieħed mill-objettivi biex jiġi akkwistat qabel il-bidu tal-istaġun li ġej.

Marchisio u Conte jafu lil xulxin sew u kellhom ħafna esperjenzi flimkien però’ żgur li se tkun missjoni diffiċli ħafna għal Conte biex jakkwista lil dan il-plejer li għandu kuntratt ma’ Juventus sal-2020 u huwa wieħed fost l-iktar plejers maħbubin mis-sapporters Juventini.

Sors: Tuttosport

Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.

Tixtieq tkun kontributur tas-sit juventusmalta.com u tibda tikteb l-artikli magħna? Agħmel kuntatt fuq admin@juventusmalta.com

dical-banner-1200×280