Is-sorpriża tal-istaġun li għadda Leicester City keċċew lill-kowċ tagħhom Claudio Ranieri, ġurnata wara t-telfa kontra Sevilla fil-partita mill-Uefa Champions League.
It-Taljan fl-istaġun li għadda wassal lil Leicester għal waħda mill-ikbar sorpriżi sbieħ fix-xena tal-futbol billi wassalhom għar-rebħ tal-kampjonat Ingliż però f’dan l-istaġun proprju qegħdin jagħmlu l-oppost.
Preżentement it-tim ta’ Leicester jinsab fis-17-il post, punt biss il-bogħod miż-żona l-ħamra. Wara 25 partita dan l-istaġun Leicester rebħu biss ħamsa.
Sors: Daily Mail
Il-klabb qed jaħseb fi proġetti li jistgħu jagħtu prominenza nazzjonali lil dawk li jipparteċipaw fihom. Għalhekk, jekk tixtieq tappoġġja lill-klabb permezz ta’ sponsor, agħmel kuntatt magħna fuq info@juventusmalta.com.
Ħalli Kumment